top of page

Morning After Pill f’Malta: Fatti Ewlenin

Fuq din il-paġna:

Qed issub diffikultà tixtri l-morning after pill f'Malta jew Għawdex? Ikkuntattjana għall-għajnuna.

Il-morning after pill, magħrufa wkoll bħala kontraċezzjoni ta' emerġenza, tintuża wara s-sess biex tevita t-tqala. Jekk kellek sess mhux protett jew infaqgħet il-kondom u ma tridx toħroġ tqila, għandek tieħu morning after pill.
 

Il-morning after pill hija madwar 75% effettiva fil-prevenzjoni tat-tqala. Dan ifisser li jekk tieħu morning after pill, iċ-ċans li tinqabad tqila jonqos b'żewġ terzi. Iktar kemm tieħu l-pilloli kmieni wara s-sess, iżjed hemm ċans li taħdem.

Hemm żewġ tipi ewlenin ta' morning after pill:

  • EllaOne fiha ulipristal acetate u tista' tittieħed sa ħamest ijiem wara s-sess.

  • Escapelle u Levonelle fihom levonorgestrel u jistgħu jittieħdu sa tlett ijiem wara s-sess.
     

L-EllaOne tista' tkun aktar effettiva mill-pilloli l-oħrajn, speċjalment f'nisa li huma obeżi. L-EllaOne tqum ftit iżjed mill-pillola l-oħrajn.


 

ella-one-1200x1200_edited.png
levonelle-1200x1200_edited.png
c62f31ae91061c96c1d1724599f8.png
Information

Il-morning after pill hija mediċina safe. Effetti sekondarji possibbli jinkludu uġigħ ta' ras, uġigħ ta' żaqq, nawżea (tqalliiegħ), u spotting ta' demm. Jekk tuża morning after pill, il-period li jmiss tiegħek jista' jkun aktar kmieni jew aktar tard mis-soltu, u jista' jkun eħfef jew tktar qawwi mis-soltu. Jekk tirremetti fi żmien sagħtejn minn meta tieħu l-morning after pill, ikollok bżonn tieħu doża oħra. Biex tivverifika jekk il-morning after pill ħadmitx, tista' tieħu test tat-tqala b'sensittività għolja bħal Clearblue minn 6 ijiem qabel ma jkun imiss il-period li jmiss.

 

M'hemm l-ebda limitu ta' kemm-il darba tista' tuża morning after pill, anke fl-istess xahar, għalkemm jekk issib ruħek tuża l-morning after pill ta' spiss, ikkunsidra kontraċettiv li jaġixxi fit-tul. Meta tieħu l-morning after pill, il-pillola kontraċettiva regolari tiegħek tista' ma taħdimx għas-sebat ijiem ta' wara (disa' ijiem jekk tuża Qlaira), għalhekk kun żgur li tuża kondom ukoll matul dan iż-żmien.

 

Il-morning after pill ma tipprevjenix infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STIs). Jekk taħseb li jista' jkollok STI, jew għax kellek sess mhux protett jew għax il-kondom ittaqqab, għamel appuntament mal-klinika GUM fl-Isptar Mater Dei jew ara lit-tabib tiegħek.
 

Il-morning after pill ma tikkawżax abort. Din taħdem billi jipprevjeni l-ovulazzjoni u l-fertilizzazzjoni, iżda ma jipprevjenix l-impjantazzjoni ta' bajda fertilizzata. Huwa komuni li gruppi "favur il-ħajja" jsostnu li l-morning after pill hija abortiva, imma dawn l-affermazzjonijiet huma foloz u mhumiex ibbażati fuq ix-xjenza. Jekk kellek test tat-tqala pożittiv u ma tixtieqx tkompli t-tqala, ikollok bżonn tagħmel abort li jsir billi tuża pilloli differenti.

Side Effects

Il-morning after pills kollha huma disponibbli mingħajr riċetta tat-tabib minn bosta spiżeriji f’Malta u Għawdex. Il-morning after pills ġeneralment iqumu bejn EUR 19 u EUR 25.
 

L-ispiżjar jista' jistaqsik xi mistoqsijiet relatati ma' saħħtek biex jiddetermina jekk hux sew għalik li tieħu morning after pill.
 

Xi spiżeriji ma jbiegħux il-morning after pill. Dawk li ma jbiegħux il-morning after pill għandhom jirreferuk għand spiżeriji oħrajn li jiegħuha. Biex issib spiżeriji f’Malta u Għawdex li jbiegħu il-morning after pill tista' tuża l-Escapelle pharmacy finder jew din il-lista fuq pharmacy.com.mt. Tista tuża l-mappa li tinstab iktar taħt.
 

Nirrikmandaw li ċċempel l-ispiżerija qabel tmur, biex tara jekk jistgħux ibiegħulek il-morning after pill dik il-ġurnata.

Tajjeb li tkun taf: Smiths Pharmacy fil-Kumpless PAMA fil-Mosta tbiegħ EllaOne u Escapelle u hija miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt 8am sa 10pm.

How to Buy
Where to Buy

Tista' ssib spiżeriji li jbigħu il-morning after pill fil-belt jew raħal tiegħek fuq din il-mappa. Din il-mappa kienet magħmulha minn Volt Malta.

Trid aktar informazzjoni dwar il-morning after pills? Għandek diffikultà biex tixtri l-morning after pill f'Malta? Għall-għajnuna, ċemplilna jew uża ċ-chat fir-rokna tal-lemin t'isfel tal-iskrin.

bottom of page