top of page

Qegħdin hawn biex ngħinuk.

Il-Family Planning Advisory Service (FPAS) huwa mmexxi minn voluntiera mħarrġa, u jipprovdi informazzjoni b’xejn dwar għażliet riproduttivi lil nies f’Malta. Aħna favur l-għażla (pro-choice) u ma niġġudikaw lil ħadd.

 

Tista' tistaqsina li trid dwar is-saħħa riproduttiva, inkluż l-abort, il-kontraċezzjoni, u l-morning after pill, u aħna nipprovdu informazzjoni affidabbli u imparzjali biex tikseb dak li għandek bżonn. Jekk ikun hemm bżonn, nistgħu nirreferuk għand servizzi u nies pro-choice oħra li jkunu jistgħu jaqduk.

Informazzjoni Onlajn

Ikkuntattjana

Messaġġ mibgħut.

Dawn huma l-modi l-oħra kif tista' tikkuntattjana. Kull komunikazzjoni hija kunfidenzjali.

Tkellem magħna billi tuża l-kaxxa taċ-chat fil-kantuniera t'isfel tal-lemin tal-iskrin. Tinkwetax jekk tħalli l-websajt qabel ma nwieġbuk, għaliex nistgħu nwieġbuk permezz tal-email.

Ibgħatilna email fuq contact@fpas.mt
Ibgħatilna messaġġ WhatsApp fuq +356 27780037

Ċemplilna fuq 2778 0037  jew 2034 1686

Jista' jkun li mhux dejjem inkunu nistgħu nwieġbuk mill-ewwel. Jekk jogħġbok ħalli messaġġ bin-numru tat-telefon tiegħek u nċemplulek lura.

X'Noffrulek

FPAS hija inizjattiva ta' tliet organizzazzjonijiet volontarji bbażati f'Malta:
Doctors for Choice (Malta), il-Women's Rights Foundation, u Women for Women.

F'Malta, fejn id-drittijiet riproduttivi għadhom lura kumparat ma' dawk ta' pajjiżi oħra Ewropej, in-nisa jistgħu jsibuha diffiċli biex jiksbu informazzjoni affidabbli u imparzjali dwar l-għażliet riproduttivi. L-FPAS għandu l-għan li jissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom. FPAS jipprovdi:

 

  • Informazzjoni lil nisa* tqal dwar għażliet fit-tqala inklużi l-abortservizzi ta' appoġġ fit-tqala. Aħna nistgħu wkoll nirreferuk għal Abortion Support Network jekk għandek bżonn għajnuna finanzjarja. Jekk tixtieq tkompli t-tqala nistgħu niddiskutu għażliet oħra bħal addozzjoni. Aħna favur l-għażla u nappoġġjaw lin-nisa kollha, tkun xi tkun l-għażla tagħhom.
     

  • Informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar kontraċezzjoni, u għinuna għal dawk li ma jaffordjawx kontraċezzjoni.
     

  • Pariri u appoġġ minn voluntiera u professjonisti mħarrġa.
     

  • Is-servizzi tagħna huma kollha b'xejn.
     

  • Aktar servizzi jistgħu jitħabbru fil-futur, għalhekk jekk jogħġbok ibqa' segwina.

 

* Għalkemm kultant nużaw it-terminu "nisa" biex nirreferu għall-klijenti tagħna, aħna noffru minn qalbna s-servizzi tagħna lin-nies kollha ta' kull orjentazzjoniji sesswali u identita' tal-ġeneru.

Agħtina l-opinjoni tiegħek

Jekk għandek kumplimenti, suġġerimenti, jew ilmenti dwar kwalunkwe servizz ta' FPAS jew voluntier, jekk jogħġbok ibgħathom lil Doctors for Choice (Malta) permezz tal-email contact@doctorsforchoice.mt.

bottom of page